Arċidjoċesi ta’ Malta

Edukazzjoni • Katekeżi • Spiritwali

Akkumpanjament

  • Assistenza lill-ġenituri Nsara fit-tħejjija tat-tfal tagħhom għall-inizjazzjoni fis-sagramenti tal-Magħmudija, tal-Griżma tal-Isqof u tal-Ewkaristija
  • Assistenza fil-formazzjoni Nisranija kontinwa tal-adolexxenti, iż-żgħażagħ u l-adulti iżgħar u ikbar, fil-knisja domestika, il-komunità parrokkjali u l-Knisja lokali
  • Assistenza b’mod partikolari fil-ħtiġijiet għall-formazzjoni tal-persuni li jaffaċċjaw sfidi konjittivi u fiżiċi meta jiġu biex jifhmu u jipprattikaw il-fidi
  • Joffri kontenut kateketiku u għodod pedagoġiċi faċilment aċċessibbli u robusti mil-lat teoloġiku lill-katekisti u l-ministri kollha involuti fil-formazzjoni tal-fidi fil-parroċċi u f’komunitajiet oħra
  • Ikollu komunikazzjoni kostanti mal-kappillani u l-arċiprieti, il-kongregazzjonijiet reliġjużi u l-movimenti lajkali, b’mod partikolari ma’ dawk b’kariżma għall-katekiżmu; u dawk kollha involuti fix-xandir tal-Vanġelu, biex tiġi promossa sinerġija fil-formazzjoni Nisranija tul il-ħajja għall-Arċidjoċesi kollha
  • Jiffaċilita t-taħriġ tal-katekisti u l-ministri permezz ta’ kollaborazzjoni kontinwa mal-Fakultà tat-Teoloġija, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u istituzzjonijiet akkreditati oħra

Tagħrif

Il-Ministeru għall-Katekeżi Tul il-Ħajja fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta jikkoordina l-aspetti varji tal-formazzjoni kateketika tal-Insara, b’mod partikolari tal-familji Kattoliċi fid-diversi stadji tal-ħajja tagħhom. Jikkoordina l-websites beKIDS u beHOLD.

Kuntatt

 22039409 
 Website