Archives

Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Il-viżjoni tal-kummissjoni hija l-ħolqien ta’ soċjetà li tirrispetta d-dinjità umana u d-drittijiet tal-bniedem ta’ kulħadd – speċjalment ta’ dawk l-aktar vulnerabbli, u li tinkuraġġixxi bidla minn kultura tal-iskart għal kultura tal-laqgħa biex b’hekk nagħrfu lil xulxin bħala aħwa.

Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

Il-kummissjoni twassal il-leħen ta’ min m’għandux leħen jew m’għandux aċċess għal min qed jieħu d-deċiżjonijiet permezz tal-istqarrijiet u l-feedback waqt konsultazzjonijiet. Hija tinkoraġġixxi u tissapportja inizjattivi li jsiru fil-komunitajiet favur is-sostenibilità, kif ukoll teduka u tgħin fl-iżvilupp ta’ ħiliet għal stili ta’ ħajja sostenibbli permezz ta’ korsijiet.