Archives

Spiritual Development in Schools

Jakkumpanja r-religious counsellors li jagħmlu pastorali fl-iskejjel tal-Istat u Indipendenti b’akkumpanjament mal-istudenti, mal-edukaturi, mal-istaff, mal-ġenituri. Dan isir b’kuntatt kontinwu mar-religious counsellors b’organizazzjoni ta’ laqgħat soċjali, spiritwali u formattivi.
Isir ukoll akkumpanjament lill-head of schools tal-iskejjel tal-Istat u Indipendenti f’issues reliġjużi u spiritwali. Jippromovu l-programm ‘Prayer Spaces’ li jgħin lit-tfal, żgħażagħ u adulti biex jirriflettu u jitolbu permezz ta’ attivitajiet sempliċi u engaging: https://sds.mt/prayer-spaces/ Jorganizzaw ukoll taħriġ fl-iskejjel, kors mal-Pastoral Formation Institute (PFI), attivitajiet għall-familji wara l-ħin tal-iskola bħall-programm edukattiv: Bil-Qari u l-Kitba insib spazju għal qalbi. Għal ħarsa ġenerali tal-ħidma idħol hawn

Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Il-viżjoni tal-kummissjoni hija l-ħolqien ta’ soċjetà li tirrispetta d-dinjità umana u d-drittijiet tal-bniedem ta’ kulħadd – speċjalment ta’ dawk l-aktar vulnerabbli, u li tinkuraġġixxi bidla minn kultura tal-iskart għal kultura tal-laqgħa biex b’hekk nagħrfu lil xulxin bħala aħwa.