Archives

Fondazzjoni Sebħ

Il-Fondazzjoni Sebħ, magħruf fil-passat bħala Uffiċċju Ejjew Għandi, fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta, tiddedika ħidmietha ma’ persuni fil-bżonn u dawk li għandhom problemi ta’ well being. Is-servizzi mogħtija joffru ħarsien, support u dinjità lil individwi u familji, sabiex ikabbru l-abiltajiet sabiex jintegraw u jsaħħu posthom fis-soċjetà. Il-Fondazzjoni tagħmel dan l-akkumpanjament fuq livell psikoloġiku, fiżiku u spiritwali.

Church Schools Association

Fl-iskejjel tal-Knisja isir xogħol ta’ akkumpanjament kontinwu, mhux biss akkademiku, imma formattiv ta’ eluf ta’ tfal u żgħażagħ fil-mixja tal-fidi tagħhom, fl-iżvilupp psiko-soċjali u morali kif ukoll fl-iżvilupp tal-persuna kollha b’mod integrat.
L-akkumpanjament mill-għalliema u l-edukaturi kollha, miċ-chaplains u min-nies li qegħdin fl-amministrazzjoni huwa xogħol ta’ ħafna paċenzja u fit-tul. Tfal u żgħażagħ jistgħu iqattgħu kważi 14-il sena ta’ formazzjoni f’kulleġġi li jibdew mill-kinder u jkomplu sas-sixth form.

Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana

Prinċipalment niffukaw fuq l-akkumpanjament spiritwali individwali. Hemm il-possibilità li nakkumpanjaw proċessi ta’ dixxerniment komunitarju.

Azzjoni Kattolika Maltija

L-Azzjoni Kattolika hija magħmula minn gruppi li huma maqsuma skont l-età tal-membri u li flimkien mal-leaders tagħhom jagħmlu mixja ta’ formazzjoni personali, spiritwali u komunitarja fi żvilupp ta’ ħbiberija spiritwali.

Il-proposta formattiva hi bbażata fuq l-istil ħajja-Kelma-ħajja fejn wieħed jibda’ mill-esperjenza tal-ħajja ta’ kuljum, li tinqara fid-dawl tal-Kelma t’Alla u għalhekk toħroġna lura lejn il-ħajja b’perspettiva ġdida. L-iskop hu li l-grupp jkunu l-post ta’ wens u ta’ recharge għall-membri li jgħixu fid-dinja imma mhumiex tad-dinja.

Il-formazzjoni tal-leaders tal-gruppi tinkludi l-akkumpanjament fil-missjoni li jkunu daħlu għaliha fi rwoli differenti fi ħdan l-għaqda.

L-akkumpanjament spiritwali tal-membri isisr ukoll bis-saħħa tas-saċerdoti (imsejjħa assistenti ekkleżjastiċi) il jimxu mal-gruppi tal-Azzjoni Kattolika. Il-membri huma mħeġġa li jidħlu għal direzzjoni spiritwali, dan hu punt li nixtiequ naħdmu fuqu iktar.

L-Azzjoni Kattolika toffri ukoll servizzi ta’ social workers li jsegwu klijenti riferuti anke mill-parroċċi, servizz ta’ Dar Regina Pacis, f’Ħal Balzan, li qed isservi ta’ emergency shelter għal persuni vulnerabbli li jiġu segwiti bi programm li jgħinhom iqumu fuq saqajhom, kif ukoll servizz ta’ post fejn persuni homeless jistgħu jagħmlu affarijiet bażiċi bħal jinħaslu u jaħslu l-ħwejjeġ u li għalhekk joffrilhom dinjità f’Dar Pier Giorgio Frassati.