Archives

Ministeru għall-Katekeżi Tul il-Ħajja

Il-Ministeru għall-Katekeżi Tul il-Ħajja fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta jikkoordina l-aspetti varji tal-formazzjoni kateketika tal-Insara, b’mod partikolari tal-familji Kattoliċi fid-diversi stadji tal-ħajja tagħhom. Jikkoordina l-websites beKIDS u beHOLD.

Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

Il-kummissjoni twassal il-leħen ta’ min m’għandux leħen jew m’għandux aċċess għal min qed jieħu d-deċiżjonijiet permezz tal-istqarrijiet u l-feedback waqt konsultazzjonijiet. Hija tinkoraġġixxi u tissapportja inizjattivi li jsiru fil-komunitajiet favur is-sostenibilità, kif ukoll teduka u tgħin fl-iżvilupp ta’ ħiliet għal stili ta’ ħajja sostenibbli permezz ta’ korsijiet.

Kummissjoni Djoċesana Tfal

Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal (KDT) hija maqsuma f’żewġ sezzjonijiet: KDT u KDT+. Il-KDT huma tfal bejn is-7 u t-13-il sena, filwaqt lill-KDT+ huma adoloxxenti minn 14-il sena ‘l fuq.

Il-KDT takkumpanja l-membri tagħħa b’diversi modi, l-aktar b’formazzjoni, fuq livell soċjali u spiritwali. Dan kollu jsir f’diversi attivitajiet bħal weekend live-ins, laqgħat ta’ kull xahar, assembleji mal-Arċisqof, u mumenti oħra simili.

Il-kumissjoni tieħu wkoll l-opportunità li takkumpanja lill-familji tal-istess membri, kemm fil-ftit ħin li jiltaqgħu magħhom meta jiġu jwasslu lit-tfal, kif ukoll b’attivitajiet apposta għalihom bħala familja sħiħa. L-attisitajiet huma varji: weekend fis-sena għall-familji, eżerċizzi matul ir-Randan, u laqgħat ta’ darba fix-xahar mad-direttur spiritwali fejn ikollhom iċ-ċans li jiddiskutu miegħu dak kollu li jixtiequ.

Fondazzjoni Sebħ

Il-Fondazzjoni Sebħ, magħruf fil-passat bħala Uffiċċju Ejjew Għandi, fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta, tiddedika ħidmietha ma’ persuni fil-bżonn u dawk li għandhom problemi ta’ well being. Is-servizzi mogħtija joffru ħarsien, support u dinjità lil individwi u familji, sabiex ikabbru l-abiltajiet sabiex jintegraw u jsaħħu posthom fis-soċjetà. Il-Fondazzjoni tagħmel dan l-akkumpanjament fuq livell psikoloġiku, fiżiku u spiritwali.

Discern

Id-Discern tieħu ħsieb ir-riċerka fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta u takkumpnaja lil kull entità tal-Knisja Maltija fil-proġetti ta’ riċerka tagħhom.